Il-Vatikan għadu kemm ħabbar li l-Qdusija Tiegħu l-Papa Franġisku ħatar lill-Kardinal Għawdxi Mario Grech għal perjodu ta’ ħames snin fuq it-Tribunal Suprem tas-Senjatura Appostolika, l-ogħla awtorità ġudizzjarja tal-Knisja Kattolika.
Apparti dan, Mario Grech, huwa wkoll is-Segretarju tas-Sinodu tal-Isfqijiet.
Bħala saċerdot, Dun Mario Grech fl-1986 iggradwa b’liċenzja fil-Liġi Kanonika u Ċivili mill-Università Pontifiċja Lateranensi. Hu kiseb dottorat fil-Liġi Kanonika mill-Università Pontifiċja Angelicum ta’ Ruma.
Sa mill-1988, hu għallem il-Liġi Kanonika fis-Seminarju Djoċesan ta’ Għawdex u beda jagħti s-servizz tiegħu fit-Tribunali Ekkleżjastiċi ta’ Malta u Għawdex fejn eventwalment laħaq Vigarju Ġudizzjali.