Il-Kardinal Mario Grech bħalissa jinsab fil-Gwatemala għal żjara ta’ sitt ijiem, hekk kif se jiltaqa’ mas-saċerdoti u l-lajċi u jaqsam magħhom it-tagħlim tas-Sinodu.
Mario Grech li huwa s-Segretarju Ġenerali tas-Sinodu tal-Isqfijiet, propju deher f’ġungla fejn iltaqa’ ma’ bosta persuni li ġejjin mill-komunità indiġena ta’ Maya Q’eqchi’.
F’din iż-żjara, il-Kardinal Għawdxi, li huwa akkumpanjat mill-Kanċillier tad-Djoċesi Għawdxija Mons Eddie Zammit, iltaqa’ wkoll ma’ żewġ misjunarji Għawdxin Dun Anton Grech u Dun Mario Curmi.