Għalkemm ma jistax jivvota, minħabba l-età, il-Kardinal Giovanni Battista Re, li għandu 91 sena u hu Dekan tal-Kulleġġ tal-Kardinali, esprima t-tama tiegħu li llejla jkollna l-aħbar tant mistennija ta’ Papa ġdid.
Il-Kardinal Battista Re għandu influwenza kbira, tant li kien hu li mexxa kemm il-funeral tal-Papa Franġisku kif ukoll il-quddiesa uffiċjali, li fetħet il-konklavi, fejn għamel appell ċar favur l-għaqda fil-Knisja, filwaqt li rrikonoxxa l-importanza tal-għaqda fid-diversità.
Fi żjara f’Pompei, il-Kardinal qal li jittama li, meta jmur lura Ruma llejla, isib id-duħħan abjad tiela’ miċ-ċumnija tal-Kappella Sistina.