Il-Kardinal Awstraljan George Pell ta’ 78 sena, inħeles minn kull akkuża ta’ abbuż sesswali fuq it-tfal.
Sentejn ilu f’ġuri, Pell instab ħati li abbuża żewġ subien f’Melbourne fis-snin disgħin.
Iżda kien it-Tlieta li l-ogħla Qorti fl-Awstralja ħelset minn kull akkuża lill-Kardinal u ġabet fit-tmiem sentenza ta’ sitt snin ħabs għall-Kardinal Pell.
Il-Kardinal Pell kellu u għandu prominenza ġewwa l-Vatikan, hekk kif kien wieħed mill-konsulenti tal-Papa.
Unanimament, seba’ Imħallfin sabu li l-ġuri ta’ Pell ma sarx kif xieraq hekk kif ma ġietx ippreżentata l-evidenza kollha.
Wara li nħeles Pell qal li m’għandu l-ebda sens ta’ tpattija kontra min akkużah u l-Vatikan laqa’ il-verdett