It-Tlieta, il-Kardinal minn Sardinja Giovanni Angelo Becciu ħareġ stqarrija li fiha iddikjara li ma kienx se jipparteċipa fil-Konklavi biex jiġi elett is-suċċessur ta’ Papa Franġisku li se jibdew fis-7 ta’ Mejju.
Għalkemm baqa jsostni l-innoċenza tiegħu, huwa qal li ddeċieda li jonora ix-xewqa ta’ Papa Franġisku li ħalla ittra li speċifikament eskluditu mill-jkun wieħed mill-kardinali eleġġanti fil-konklavi li se jiddeċiedu s-suċċessur tiegħu.
Fil-konklavi hemm eliġibbli biex jivvutaw 135 Kardinal li 108 minnhom kienu maħtura minn Papa Franġisku. Minn dawn hemm 53 Ewropej, 37 mill-kontinenti Amerikani, 23 mill-Asja, 18 mill-Afrika u 4 mill-Oċeanja.
Mill-135 Kardinal eliġibbli, tnejn diġà kkonfermaw li mhux se jattendu minħabba raġunijiet ta’ saħħa.
Biex kardinal ikun elett Papa irid iġib żewġ terzi u wieħed tal-voti mitfugħa.