Il-Kaptan tal-MV Lifeline ġie mmultat €10,000 mill-Qorti wara li nstab ħati li saq vapur fl-ibħra Maltin meta l-istess vapur ma kienx rreġistrat ma’ Awtorità fir-reġistru għall-bastimenti żgħar. Dan il-każ ilu għaddej fil-qorti minn Ġunju li għadda meta l-MV Lifeline daħal f’pajjiżna wara li kien għabba numru ta’ immigranti mingħajr il-permess tal-Awtoritajiet ta’ salvataġġ Maltin u Taljani.
Dakinhar l-immigranti kollha li ddaħħlu f’pajjiżna kienu ttieħdu fiċ-ċentru miftuħ tal-Marsa iżda grazzi għal ftehim ad hoc xprunat mill-Prim Ministru Joseph Muscat, l-immigranti kollha tqassmu f’numru ta’ pajjiżi Ewropew.
Fis-sentenza tagħha l-Qorti qalet ukoll li ġaladarba s-sntenza tkun magħluqa l-vapur MV Lifeline se jiġi rilaxxat mill-Qorti. Minn nħa tiegħu, waqt li kien qed jagħti s-sentenza tiegġu, l-Maġistrat Joe Mifsud irrakomanda lill-Gvern sabiex din il-multa titqassam b’mod ugwali lil numru ta’ ħaqdiet mhux governattivi li jieħsu ħsieb lit-tfal u vittmi tal-vjolenza domestika.