Il-Kaptan tal-MV Lifeline Claus-Peter Reisch reġa’ lura l-Qorti hekk kif għadu qed jinstema’ l-każ kontrih dwar li daħħal il-bastiment bl-immigranti f’ibħra territorjali Maltin mingħajr ir-reġistrazzjonijiet u l-liċenzji meħtieġa.
Il-Maġistrat Joe Mifsud rodna li ittri li nbtagħtu f’Qorti Oldaniża jitolbu għall-provi jkunu meqluba mill-Olandiż għall-Ingliż hekk kif ma kienx hemm persuni preżenti fil-Qorti li setgħu jagħmlu dan.
Id-difiża se tixhed l-aħħar nhar l-Erbgħa li ġej, minkejja li l-akkużat mhux se jkun pajjiżna. L-avukat tal-Lifeline qal li japprezza li kieku l-Qorti tagħtih ġimgħatejn ċans jipprepara d-difiża tiegħu fid-dawl li l-prosekuzzjoni kellha sitt xhur ċans. Hawnhekk, il-Maġistrat Mifsud qal li d-dewmien ma kienx tort tal-prosekuzzjoni, iżda tal-awtoritajiet barra minn xtutna.
Wara s-smigħ ta’ nhar l-Erbgħa, il-każ se jkompli jinstema’ nhar it-18 ta’ Diċembru li ġej.