Quddiem l-Imħallef Consuelo Scerri Herrera beda jinstema’ l-appell tal-kaptan tal-MV Lifeline li ġie ordnat iħallas €10,000 minħabba irregolaritajiet fir-reġistrazzjoni tal-bastiment.
Il-kaptan kien instab ħati quddiem l-ewwel Qorti li daħal fl-ibħra territorjali Maltin mingħajr l-liċenzja neċċessarja.
Il-Maġistrat Joe Mifsud li ppreseda l-każ fl-ewwel Qorti kien qal li fil-każ kien seta’ tefa’ l-ħabs lil Kaptan iżda minflok impona l-multa.