Fi stqarrija, il-Gvern Malti qal li tul il-jum tas-Sibt offra li jintbagħat surveyor marittimu biex jiċċekkja l-ħsarat li hemm fuq il-bastiment ‘Conscience’. Iżda l-kaptan ta’ dan il-bastiment irrifjuta din l-għajnuna.
Bastiment li qed jikkampanja kontra l-għeluq tal-Medda ta’ Gaza fil-konflitt fil-Lvant Nofsani, li spiċċa f’diffikultajiet ’il barra mill-ibħra territorjali Maltin wara li nħakem minn nirien, il-Ġimgħa kmieni filgħodu.
Fl-istqarrija ntqal ukoll li l-Gvern offra lill-ekwipaġġ u lin-nies abbord sabiex ikunu salvati, b’dawn irrifjutaw.
L-awtoritajiet Maltin ukoll assiguraw li dawk abbord ingħataw l-għajnuna neċessarja, fosthom l-affarijiet bażiċi u għajnuna umanitarja.