Il-kaptan tal-bastiment Conscience aċċetta t-talba tal-Gvern Malti, permezz ta’ Transport Malta, li jtella’ surveyor marittimu abbord.
Dan bil-għan li jara xi ħsara hemm fuq il-bastiment li jinsab barra l-ibħra internazzjonali.
Is-surveyor se jagħmel dan waqt li l-bastiment jibqa’ fejn jinsab u mhux ġewwa l-ibħra territorjali Maltin.
Din it-talba ġiet milqugħa wara li dalgħodu, il-Prim Ministru Robert Abela ħabbar mal-ġurnalisti li Malta lesta tħallas l-ispejjeż għall-ħsarat tal-bastiment fuq livell umanitarju, iżda dan wara li jitla’ s-surveyor marittimu.
AQRA AKTAR: