Għall-ewwel darba l-Kappillani tal-erba’ paroċċi ta’ Tas-Sliema ħarġu jitkellmu kontra l-iżvilupp f’Tas-Sliema.
Dan wara li l-Awtorità tal-Ippjanar approvat proġett ta’ bini għoli b’investiment ta’ madwar €100 miljun.
Fi stqarrija l-Kappillani qalu li kienu qed jagħmlu dan għax semgħu “it-tħassib, l-ilmenti u d-dwejjaq” tal-komunitajiet.
L-istqarrija, mibgħuta mill-Kurja tal-Arċisqof, tgħid li f’Tas-Sliema hemm bankini perikolużi u piżijiet kbar fl-infrastuttura, stress psikoloġiku u inkonvenjent ta’ storbju u trabijiet. Il-Kappillani itkellmu wkoll dwar nuqqas ta’ spazzji miftuħa. Qalu li għalkemm hawn min iqis l-“isfreġju” f’din il-lokalità bħala progress għaliex qed jiġġenera ġid finanzjarju l-Papa Franġisku wissa mod ieħor.