Qed jiġi rrappurtat li uffiċjal għoli Russu li kien inkarigat mill-forzi ta’ armamenti nukleari, ta’ radjazzjoni, kimiċi u bioloġiċi inqatel fi splużjoni f’Moska.
Il-Ġeneral Igor Kirillov instab mejjet flimkien mal-assistent tiegħu barra appartament f’Ryazansky Prospekt f’Moska. Jidher li dan seħħ kawża ta’ splużjoni ta’ bomba moħbija fi skuter.
Ġurnata qabel, il-ġurnal Kyiv Post kien irrapporta li l-Ġeneral kien instab ħati li uża armamenti kimiċi projbiti fl-Ukrajna minkejja li ma kienx preżenti għall-ġuri.
F’Ottubru Kirillov kien ġie sanzjonat mill-gvern tar-Renju Unit dwar l-użu ta’ trasferiment u użu ta’ armi kimiċi fl-Ukrajna.
Dwar il-każ, infetħet investigazzjoni kriminali.