Il-kap tal-grupp lemin estrem Proud Boys kien ikkundannat kważi sitt xhur ħabs fl-Amerka wara li f’Diċembru li għadda ħaraq bandiera tal-moviment Black Lives Matter.
Enrique Tarrio li għandu sebgħa u tletin sena, wieġeb ħati li ħaraq il-bandiera u li għamel attentat biex ikollu fil-pussess tiegħu tagħmir li jiflaħ għal ħafna munizzjon.
Meta deher quddiem il-Qorti, Tarrio skuża ruħu u qal li ma hemm l-ebda skuża li tiġġustifika l-azzjonijiet tiegħu.
Hu mistenni jibda s-sentenza ta’ priġunerija tiegħu twila 155 jum, fis-6 ta’ Settembru li ġej.
Dan il-każ seħħ waqt protesta favur Donald Trump u bi protesta għar-rebħa ta’ Joe Biden fl-elezzjoni presidenzjali.
Jiem wara l-inċident, Tarrio kien ammetta hu stess f’intervista mal-Washington Post li kien ipparteċipa fil-ħruq tal-kartellun.