Meta l-Partit Nazzjonalista jgħid li ma ttieħdet ebda azzjoni b’rabta mal-konċessjoni tal-isptarijiet ikun qed jigdeb.
Dan intqal fi stqarrija mibqgħuta mill-Partit Laburista, b’reazzjoni għall-konferenza tal-aħbarijiet li tella’ l-Partit Nazzjonalista dalgħodu quddiem il-Qorti dwar il-konċessjoni tal-isptarijiet.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Il-Partit Laburista qal kif ilu xhur pubblikament magħruf li hemm arbitraġġ internazzjonali u dwar dan il-Gvern diġà għamel każ kontra Steward. Saħaq kif bl-istess mod hija gidba li ntefqu xi €400 miljun li tagħhom il-pajjiż ma ħa xejn.
L-istqarrija temmet tgħid li l-Kap tal-Oppożizzjoni qed jipprova jżomm lilu nnifsu relevanti, u biex jagħmel dan qed jibqa’ jkun populist u qarrieqi.