Imħallef fil-Peru ordna li l-mexxej tal-oppożizzjoni Keiko Fujimori tqatta 3 snin fil-ħabs sakemm tgħaddi ġuri fuq korruzzjoni.
L-Imħallef Richard Concepcion qal li kien hemm riskju kbir li Fujimori taħrab mil-Peru.
Hija kienet akkużata li ħadet iktar minn miljun dollaru Amerikan f’tixħim mill-kumpanija kbira tal-kostruzzjoni Odebrecht fl-2011.
Hija ċaħdet li għamlet xi ħaġa ħażina u qalet li l-akkużi huma motivati politikament.