Simon Busuttil jikkonferma l-qasma interna fuq il-liġi tal-Ugwaljanza
Fi stqarrija l-Partit Laburista qal kif f’intervent telefoniku fuq ir-radju tal-Partit Nazzjonalista, il-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil ikkonferma l-u-turn li jrid jagħmel il-Partit tiegħu fuq il-liġi tal-Ugwaljanza hekk kif huwa jrid jagħmel distinzjoni fil-liġi bejn nies li huma LGBTIQ u dawk li huma eterosesswali.
Il-PL qal kif din hija mossa ċara li turi l-kliem fuq żwieġ indaqs qabel l-elezzjoni kien biss kliem għall-konvenjenza politika u mhux kwistjoni ta’ prinċipju.
Il-Kap tal-Oppożizzjoni li kkonferma wkoll il-qasma interna fi ħdan il-Partit tiegħu jrid li f’pajjiżna jkollna ugwlajanza a’ la carte u fejn mhux kulħadd ikun meqjus l-istess.
L-istqarrija temmet tgħid kif min-naħa l-oħra dan il-Prim Ministru diġa’ qal li ma jistax ikun hemm kompromessi fuq il-prinċipji u li l-Gvern se jilleġisla favur l-ugwaljanza u l-imħabba.