Ruling mill-Ispeaker Anġlu Farrugia, wara li l-Kap tal-Oppożizzjoni talab li l-Kamra tissospendi biex tiddibatti l-Inkjesta tal-Vitals t-Tnejn filgħaxija, juri li l-istess Bernard Grech baqa’ ma fehem xejn dwar indħil Parlamentari li jista’ jwassal għal ksur tad-drittijet tal-bniedem.
Dan hekk kif b’rabta mal-istess dibattitu mitlub minn Grech għaddejjin investigazzjonijiet differenti, waqt li hemm proċeduri kriminali. Kieku l-Ispeaker ippermetta d-dibattitu kien faċilment jippreġudika l-imsemmijin investigazzjonijiet u proċeduri kriminali, kif ġie indikat fl-istess ruling li jinnota deċiżjonijiet simili fil-passat.
Fil-fatt, fir-ruling tiegħu, Dr Farrugia aċċenna għal ruling li kien ta dwar talba simili u parir legali kien wera li, f’dak il-każ, setgħet tinħoloq “kriżi kostituzzjonali u istituzzjonali, għax tkun qed tfixkel u tippreġudika l-andament ħieles tal-istess istituzzjonijiet”.