Tant m’għandux xi jgħid dwar il-Floating Storage Unit, li llum il-Kap tal-Oppożizzjoni bis-soltu negattività, ivvinta storja u qal li l-Prim Ministru waqqaf dan il-bastiment milli jidħol fil-port. Gidba.
Fi stqarrija l-Gvern fisser kif Il-Prim Ministru ħadem biex neliminaw il-heavy fuel oil, sabiex ikollna arja aktar nadifa u kontijiet orħos.
Il-Gvern spjega kif minn diskors sħiħ, illum il-Kap tal-Oppożizzjoni qalilna xi jrid: li jibqa’ jħaddem power station bl-iktar żejt li jħammeġ u jreġġa’ l-arloġġ lura biex ikollna kontijiet ogħla.
Fid-diskors tiegħu Simon Busuttil għamel ħin twil jitkellem kontra l-proġett tal-power station il-ġdida. Fi kliem il-Kap l-Oppożizzjoni din m’hemmx bżonnha u l-pajjiż jista’ jgħaddi biss bl-interconnecter.
Lill-partitarji qalilhom x’se jkun qed jagħmel: Jitfa’ t-tanker ‘il barra, li jfisser li jibqa’ jintuża l-heavy fuel oil sakemm isir il-pipeline tal-gass.
Simon Busuttil qal li se jkun qiegħed ikompli bl-istudji tal-pipeline tal-gass, l-istess pipeline li m’għamilx meta kien fil-Gvern u li fondi għalih inkisbu mill-Gvern preżenti.
Busuttil injora għal kollox kliem l-esperti li mhux biss huwa sors ta’ arja nadifa iżda wkoll l-iktar sigur u ddeċieda li jkompli bil-kampanja ta’ biża’ dwar l-LNG.
L-inkonsistenzi ta’ Busuttil u l-partit tiegħu ħarġu fl-aħħar jiem, b’Ann Fenech tgħid li “qatt u qatt ma qalet li t-tanker huwa perikoluż” filwaqt li Busuttil jrid ireġġa’ l-arloġġ lura għall-kontijiet għolja.