Ħelikopter tal-armata Indjana li kien qed iġorr il-kap tal-militar u l-familja tiegħu, iġġarraf fl-istat Indjan ta’ Tamil Nadu.
Il-Kap tad-difiża kien qed jivjaġġa flimkien ma’ tlettax -il persuna oħra fuq il-ħelikopter.
Ministru fil-Gvern tal-istat fejn iġġarraf il-ħelikopter ħabbar li mietu ħames persuni u żewġ persuni oħra jinsabu f’qagħda kritika.
Huwa mifhum li kien hemm operazzjoni ta’ salvataġġ fejn persuni li weġġgħu f’dan l-inċident ittieħdu l-isptar. Uħud minnhom sofrew ħruq sever.
Is-sit fejn iġġarraf l-ajruplan kien maħnuq bid-duħħan ħiereġ mill-fdal filwaqt li n-nies tal-lokal għamlu ħilithom biex jitfu n-nirien.