Il-kap l-ġdid tal-mafja ‘Cosa Nostra’ huwa fost dawk arrestati flimkien ma’ 45 oħra f’diversi postijiet madwar Sqallija dan wara li l-awtoritajiet Taljani wettqu rejd.
Ġie wkoll arrestat id-deputat mexxej tal-istess grupp fil-Ġermanja.
Waqt dan ir-rejd, fejn saret tfittxija f’madwar sittin dar, ġew issekwestrati mal-miljun u nofs ewro flimkien ma’ dokumentazzjoni oħra li tpoġġew taħt investigazzjoni.
Il-kap l-ġdid Settimo Mineo li għandu 80 sena, ħa f’idejh it-tmexxija wara li Salvatore ‘Toto’ Riina li huwa magħruf bħala The Beast miet.