Il-Kap tal-Kummissjoni Elettorali Joseph Camilleri ppreżenta r-riżultat uffiċjali tal-elezzjoni ġenerali lill-President ta’ Malta Dr George Vella.
Dan għamlu fil-palazz ta’ Sant’Anton.
Issa li l-President ta’ Malta għandu f’idejh ir-riżultat uffiċjali, il-President tar-Repubblika għandu s-setgħa li skont artiklu 80 tal-Kostituzzjoni jaħtar il-Prim Ministru.
F’din l-elezzjoni ġenerali, il-Partit Laburista kiseb 162,707 vot, li tfisser 55.1% u l-Partit Nazzjonalista kiseb 123,233, li tfisser 41.7%.
Id-differenza bejn iż-żewġ partiti hija ta’ 39,474 vot.