Il-Kap tal-Kabinett tal-President tal-Kummisjoni Ewropea Jean Claude Juncker iltaqa’ mal-Prim Ministru Joseph Muscat u l-kabinett f’Kastillja.
Dan f’laqgha li tantiċipa l-Presidenza Maltija fl-2017. Il-Prim Minsitru Joseph Muscat qal li teżisti rieda politika qawwija kemm mill-Gvern Malti u l-Kummisjoni Ewropea biex il-Presidenza ta’ Malta tkun waħda b’saħħitha u li tilħaq l-għanijiet tagħha. Min-naħa tiegħu, Alexander Italianer, il-Kap tad-Delegazzjoni ta’ Juncker qal li jinsab kuntent bil-mod li bih il-Gvern Malti qed jipprepara għal din il-Presidenza filwaqt li tenna l-impenn tal-Kummisjoni Ewropea li tagħti l-appoġġ kollu lil pajjiżna. Qal ukoll li l-Kummisjoni qablet li wara numru ta’ kriżijiet fl-aħħar snin, il-Presidenza ta’ Malta se tkun qed isservi biex jingħata nifs ġdid lill-proġett Ewropew u ċ-ċittadini li jgħixu fl-Ewropa u fl-istess waqt tingħata spinta l-politika ekonomika u dik soċjali.