L-awtoritajiet Franċiżi qed jinvestigaw l-għibien tal-President tal-INTERPOL Meng Hongwei.
Hongwei, li għandu fuq is-sittin sena u erbgħin sena ta’ esperjenza fil-qasam għib fiċ-Ċina nhar il-25 ta’ Settembru li għadda. Ir-rapport dwar dan l-għibien sar mill-mara tal-vittma li tgħix fi Franza wara li allegatament irċiviet theddid permezz tat-telephone u l-meżżi soċjali.
l-Intern Franċiż ikkonferma dawn ir-rapporti u qal li bħalissa qed isiru numru ta’ taħdidiet mal-awtoritajiet Ċiniżi dwar dan il-każ misterjuż. Fi stqarrija separata l-INTERPOL qalet li nnutat dan l-allegat għibien u tinsab f’kuntatt dirett mal-Awtoritajiet Franċiżi li bħalissa qed jinvestigaw b’reqqa dan il-każ.
L-INTERPOL hija l-assoċjazzjoni Internazzjonali tal-Pulizija. Hija tassisti f’investigazzjonijiet internazzjonali u kif ukoll tiffaċilita il-komunikazzjoni bejn numru ta’ Korpi tal-Pulizija. Hija għandha membri magħha aktar minn 170 pajjiż differenti u tinvestiga fost l-agħar reati kriminali fosthom it-traffikar tat-tfal, traffikar tad-droga, reati kontra l-umanità u t-terroriżmu.