Il-Kap tal-Għaqda Dinjija tas-Saħħa, Dr Tedros Adhanom Ghebreyesu qal li jinsab kunfidenti u ottimist li l-pandemija tal-Covid-19 tgħaddi matul is-sena l-ġdida, 2022.
Qal li dan jista’ jseħħ jekk il-pajjiżi kollha madwar id-dinja jaħdmu iżjed flimkien.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Huwa qal li jekk il-vaċċin jitqassam b’mod ekwu madwar il-pajjiżi kollha, il-pandemija tista’ tgħaddi.
Il-Kap tal-WHO qal dan f’għeluq is-sentejn milli l-Għaqda Dinjija tas-Saħħa ġiet mgħarrfa bl-ewwel każijiet ta’ virus ġdid fiċ-Ċina.