Mal-wasla tal-ewwel konsenja tal-vaċċin tal-Covid-19, il-Kap tal-Fergħa tal-WHO fl-Ewropa, Hans Kluge, bagħat jifraħ lil pajjiżna għall-mod li bih Malta rnexxielha tikseb l-istess trattament li jgawdu minnu l-pajjiżi kbar Ewropej.
Fi stqarrija l-Miniesteru tas-Saħħa qal li Kluge kiteb lid-Deputat Prim Ministru u l-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne u qal li jinsab impressjonat bl-ammont ta’ vaċċini li rnexxielu jakkwista pajjiżna u bil-ħeffa li bihom se jibdew jaslu f’pajjiżna konsenja wara oħra tal-vaċċin tal-Covid-19.
Huwa stqarr li din hija xhieda tat-tmexxija għaqlija tal-Gvern Malti u fakkar li kien Chris Fearne stess li witta t-triq għax-xiri konġunt Ewropew tal-mediċini meta beda d-diskussjoni għall-ewwel darba waqt il-Presidenza Maltija tal-Unjoni Ewropea lura fl-2017.
Mal-wasla tal-ewwel konsenja tal-vaċċin tal-Covid-19, il-Kap tal-Fergħa tal-Għaqda Dinjija tas-Saħħa fl-Ewropa, Hans Kluge, bagħat jifraħ lill-pajjiżna għall-mod li bih Malta rnexxielha tikseb l-istess trattament li jgawdu minnu l-pajjiżi kbar Ewropej.
Kluge kiteb lid-Deputat Prim Ministru u l-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne u qal li jinsab impressjonat bl-ammont ta’ vaċċini li rnexxielu jakkwista pajjiżna u bil-ħeffa li bihom se jibdew jaslu f’pajjiżna konsenja wara oħra tal-vaċċin tal-Covid-19.
Huwa sostna li din hija xhieda tat-tmexxija għaqlija tal-Gvern Malti u fakkar li kien Chris Fearne stess li witta t-triq għax-xiri konġunt Ewropew tal-mediċini meta beda d-diskussjoni għall-ewwel darba waqt il-Presidenza Maltija tal-Unjoni Ewropea lura fl-2017.