Il-Kap Eżekuttiv tal-Orkestra Nazzjonali, Sigmund Mifsud inħeles mill-arrest, hekk kif kompliet il-kumpilazzjoni tax-xhieda fil-konfront tiegħu.
Mifsud jinsab mixli bi tfixkil tal-provi dwar każ li fih uffiċjal tal-Orkestra ammetta li ta fastidju sesswali lill-membru tal-Orkestra. Huwa kien wieġeb mhux ħati għall-akkużi miġjuba kontrih.
Il-vittma, li isimha ma jistax jixxandar fuq ordni tal-Qorti, xehdet li meta qalet lil Mifsud li kienet se tagħmel rapport lill-Pulizija dwar dan il-każ, huwa weġibha li kienet qed tesaġera u li kien se jkellem l-uffiċjal inkwistjoni.