Fl-ewwel minn sensiela ta’ żjarat fi ħdan aġenziji u entitajiet varji, il-Ministru għall-Finanzi, Clyde Caruana żar l-uffiċċju tal-Awtorità Maltija għas-Servizzi Finanzjarji, l-MFSA.
Hawn intqal kif għalkemm il-pandemija fixklet diversi xogħolijiet, ma waqfitx lil din l-awtorità milli tibqa’ effikaċi.
Il-Ministru għall-Finanzi, Clyde Caruana sostna li biex Malta trid toħroġ mill-isfidi li taffaċċja aktar b’saħħitha, hemm bżonn li dawn l-isfidi jiġu indirizzati minn istituzzjonijiet effettivi.
Huwa qal, “Bħala parti mill-kampanja ta’ qabel il-budget, il-Ministeru qiegħed iżur awtoritajiet importanti fil-pajjiż, awtoritajiet li s-sehem tagħhom hu importanti kemm għas-settur finanzjarju, kif ukoll għall-ekonomija ġenerali. Naħseb fi ħdan il-Ministeru jeżistu diversi entitajiet lil-kontribut tagħhom hu essenzjali, u fl-istess waqt inkomplu nwasslu l-messaġġ ta’ dan il-budget, li se jsir fil-ħdax t’Ottubru, li l-istennija għalih se jkompli jiżdied.”
Intant, il-Kap Eżekuttiv il-ġdid tal-MFSA, Joseph Gavin, qal li huwa se jaħdem sabiex l-MFSA tikkollabora aktar ma’ entitajiet u aġenziji oħra, u li t-triq ’il quddiem għal din l-aġenzija, hija li turi li hija b’saħħitha u ġusta.
Huwa stqarr li pajjiżna qiegħed jindirizza żewġ sfidi prinċipali; dik tal-pandemija, u tad-deċiżjoni tal-FATF.
Spjega li Malta diġà qiegħda f’pożizzjoni tajba biex toħroġ aktar b’saħħitha mill-pandemija, u għalhekk, huwa għandu fiduċja kbira li se noħorġu minn sfidi oħra wkoll.
Is-Sur Joseph Gavin stqarr: “I spent the last two weeks going around and meeting each of the senior members of the management team, and I’ve been very impressed by the quality and the capability of each of the individuals who I’ve met and I have great confidence that we will get through this process.”