FB Caption: L-ESN hija l-unika organizzazzjoni rikonoxxuta mill-Kummissjoni Ewropea bħala organizzazzjoni li tiġbor fi ħdanha entitajiet pubbliċi li jipprovdu servizzi soċjali varji fl-Ewropa. Fil-fatt, l-ESN bħalissa għandha 178 aġenzija bħall-FSWS membri fi ħdanha minn 33 pajjiż Ewropew.
Il-Kap Eżekuttiv tal-Fondazzjoni għas-Servizzi tal-Ħarsien Soċjali, Alfred Grixti, inħatar Viċi-President tal-European Social Network, l-ESN.
Din il-ħatra kienet imħabbra waqt il-laqgħa tal-Kunsill tal-ESN, li qed jiltaqa’ f’dawn il-ġranet f’Antwerp fil-Belġju.
Waqt l-ewwel laqgħa tal-Bord il-ġdid tal-ESN, Alfred Grixti kien elett wieħed mit-tliet viċi-presidenti tal-ESN, flimkien ma’ Graham Owen mill-Iżvezja, u Giorgia Chimbani mir-Renju Unit.
Il-President tal-ESN huwa Christian Fillet, mill-Belġju.
Alfred Grixti se jkun responsabbli għas-sotto kumitat dwar it-tkabbir tal-membership tal-ESN.
L-ESN hija l-unika organizzazzjoni rikonoxxuta mill-Kummissjoni Ewropea bħala organizzazzjoni li tiġbor fi ħdanha entitajiet pubbliċi li jipprovdu servizzi soċjali varji fil-livelli muniċipali, reġjonali u nazzjonali fl-Ewropa. Fil-fatt, l-ESN bħalissa għandha 178 aġenzija bħall-FSWS membri fi ħdanha minn 33 pajjiż Ewropew.