Il-Kap Eżekuttiv tal-Air Malta, il-Kaptan Clifford Chetcuti talab li jitnaqqas 70% tas-salarju u l-benefiċċji marbuta mal-pakkett finanzjajrju tiegħu bħala kap eżekuttiv tal-Air Malta.
Sostna dan il-Ministru responsabbli mil-linja nazzjonali tal-ajru Silvio Schembri hekk kif bħalissa l-Air Malta għaddejja minn ħafna sfidi, kif għaddejjien linji tal-ajru oħrajn. Bl-Air Malta diġa kellha sfidi qabel il-pandemija.
Il-Ministru Schembri spjega li bis-sitwazzjoni preżenti, l-Air Malta qed topera b’żewġ ajruplani flok b’għaxra.Tenna li l-Air Malta kienet se tħallas li dawk li għandha xogħol għalihom, iżda dawk li ntbagħtu d-dar għax m’hemmx xogħol għalihom offritilhom pakkett soċjali b’paga ta’ elf u mitejn ewro fix-xahar.
Dan il-pakkett ġie offrut lill-ħaddiema kollha li huma fuq kuntratt definit u indefinit.
“Dan perjodu li nappella lil unions biex jifmhu s-sitwazzjoni u jiġbdu l-ħabel wieħed jekk vera nħobbu lill-kumpanija.” Stqarr il-Ministru Schembri.
Il-Ministru Silvio Schembri spjega kif l-inġiniera aċċettaw dan l-pakkett u hekk mistennija li jagħmlu l-ħaddiema tar-rampa u dawk li jagħmlu iċ-check in.
Iżda l-unjin tal-membri tal-ekwipaġġ irrifjutat din l-offerta sensibbli. Dan filwaqt li l-unjin tal-bdoti, l-ALPA ma weġbitx għall-offerta.
Għaldaqtant l-Air Malta m’għandiex għażla oħra li f’dawn iċ-ċirkostanzi ta’ nuqqas ta’ koperazzjoni, infurmat lid-Direttur tax-Xogħol li għandha l-intenzjoni li twaqqaf l-impjieg tal-membri tal-ekwipaġġ u l-bdoti.