Denis Muilenberg, il-kap eżekuttiv tal-Boeing se jirriżenja. Dan ħabbritu l-kumpanija tal-ajruplani inqas minn ġimgħa wara li ħabbret li f’Jannar se tkun qed twaqqaf temporanjament il-produzzjoni tal-mudell ‘737 Max airliner’.
Il-Produzzjoni tal-jet kienet tkompliet għalkemm il-mudell inżamm milli jtir għall-disa’ xhur wara żewġ inċidenti fatali bl-istess mudell t’ajruplan.
Il-kumpanija ħabbret kif Lawrence Kellner se jkun qed jieħu post Muilenberg bħala ċ-Chairman mhux eżekuttiv tal-kumpanija.