Ftit sigħat qabel mal-Pulizija se jkunu qegħdin iressqu tmin persuni Maltin b’rabta mas-serqa ta’ droga mill-barracks tal-Forzi Armati ta’ Malta f’Ħal Safi, il-Partit Nazzjonalista mar quddiem il-Parlament u għamel l-istunt li lbieraħ, ONE News, żvela li l-moħħ warajha kien il-Kap de facto tal-Partit Nazzjonalista Karol Aquilina.
Id-deputati nazzjonalisti Graziella Attard Trevi u Albert Buttigieg kellhom warajhom reżina tal-kannabis falza bħala stunt dwar id-droga misruqa u li f’inqas minn 48 siegħa diġà nqabdu lura 85kilo minnha.
ONE News ilbieraħ żvela kif din l-istunt kienet idea ta’ Karol Aquilina, l-perċimes tal-fazzjoni estremista li tmexxi lil PN u lil Bernard Grech minn imnieħru.
Din il-ġimgħa, fil-Parlament, Aquilina nfexx f’dagħdiha ta’ attakki insensati fil-konfront tal-iSpeaker Anglu Farrugia.
Aquilina kien ukoll il-moħħ wara l-posters li d-deputati nazzjonalisti xejjru fil-Parlament, l-istess tattiċi li Aquilina kien jordna li jsiru fi żmien it-tmexxija ta’ Simon Busuttil.