Francesco Gabbani li għandu 35 sena u x-xadina ta’ miegħu ntgħażlu bħala r-rebbieħa tal-konkors mużikali Sanremo lbieraħ filgħaxija bil-kanzunetta ‘Occidentali’s Karma’, fejn se jkun hu b’mod uffiċjali li jirrappreżenta lill-Italja waqt il-Eurovision Song Contest f’Kiev fl-Ukranja.
Kantant mwieled f’Carrara f’Toskana fl-Italja li ħa l-fama waqt l-festival mużikali ta’ Sanremo tal-2016 fejn kien ġie l-ewwel fis-sezzjoni ta’ artisti ġodda fix-xena mużikali bil-kanzunetta “Amen”.
Bosta qed jgħidu li l-kanzunetta lanqas leħqet intgħażlet mill-votanti li ma telgħetx mal-ewwel sitta fost il-favoriti biex jirbħu l-Eurovision ta’ din is-sena.
L-aktar li marret tajba mas-segwaċi ta’ dan il-festival kienet ix-xadina li bdeit tiżfen ħdejn il-kantant.