Il-kanzunetta ‘Kant’ ta’ Miriana Conte, li rebħet il-Malta Eurovision Song Contest marret viral fuq il-pjattaforma soċjali ‘TikTok’.
B’mod speċjali fuq is-sit uffiċjali tal-Eurovision fejn raw il-filmat tal-prestazzjoni ta’ Conte kważi erba’ miljun darba. U dan f’temp ta’ 24 siegħa.
Din il-kanzunetta qed tkun popolari ferm mas-segwaċi tal-Eurovision madwar id-dinja.
Miriana Conte se tirrappreżenta lil Malta fil-Eurovision Song Contest f’Mejju li ġej, f’Basel, l-Iżvizzera.
Wara l-inċident tal-bieraħ, Conte ħarġet mill-isptar, hekk kif dalgħodu kellha intervista fuq ix-xandir nazzjonali.
AQRA AKTAR: