Il-kantawtur Malti Kurt Anthony għadu kif għamel l-awdizzjonijiet preliminari tal-X-Factor Ingliż f’Wembley ftit tal-ġimgħat ilu. Kurt għadda l-ewwel, it-tieni u t-tielet fażi mifruxin fuq jumejn li wassluh sal-‘Audition’ iffilmjata mill-produtturi tal-X-Factor jumejn wara, proprju l-aħħar waħda qabel il-fażi li sseħħ fl-Arena quddiem il-ġurija tal-X-Factor inkluz Simon Cowell u din is-sena għall-ewwel darba, Robbie Williams hekk kif għadu kif ġie mħabbar fuq is-sit tal-ITV uffiċjali esklussivament.
Kurt se jkun qed iressaq il-Live performance tiegħu fl-SSE Wembley Arena nhar il-15 ta’ Lulju flimkien ma’ artisti oħrajn minn madwar id-dinja li wkoll għaddew il-fażijiet preliminari kollha. Kurt kien diġa’ ttanta xortih fl-X-FACTOR tlett snin ilu fejn kien ġie eliminat wara t-tieni fażi preliminari. L-awdizzjonijiet se jkunu miftuħin għall-pubbliku madwar id-dinja li kull sena bi ħġarhom jattendu għal dan il-bidu tal-ispettaklu.
L-artisti li jieħdu l-famuzi 4’yeses’ se jkunu qed jipproċedu għall-fażi tal-Bootcamp.
Kurt qed jakkumpanja wkoll wieħed mill-finalisti tal-X-Factor tas-sena l-oħra f’Knightsbridge. Din is-sena wkoll qiegħed jikkuntesta fl-X-Factor.