Kelsey Bellante, kantanta ta’ 17-il sena nediet il-kanzunetta l-ġdida tagħha Superwoman flimkien ma’ filmat mużikali biex jikkumplimentaha. Il-kanzunetta titkellem dwar l-abbuż fuq in-nisa fejn permezz tagħha l-kantanta żagħżugħa tixtieq twassal messaġġ ta’ kuraġġ. L-istess kanzunetta titkellem dwar kif in-nisa għandhom jingħaqdu flimkien għax b’hekk in-nisa jkun aktar b’saħħithom.
Il-kanzunetta nkitbet minn Matt Muxu Mercieca flimkien ma’ Cyprian Cassar u l-filmat mużikali ġie pproduċut, editjat u ffilmjat minn Gareth Degiorgio,
Kelsey hi tfajla żagħżugħa li kisbet diversi suċċessi fil-karriera tagħha minkejja li għadha żgħira. Waħda mill-isbaħ esperjenzi tagħha hi dik ta’ meta kklassifikat mal-aqwa għaxar artisti fil-kopetizzjoni ta’ X-Factor fil-Litwanja.
Hi titħarreġ għall-kant mal-kowċ tagħha Gillian Attard.