L-aktar kantanta popolari Brażiljana Marília Mendonça mietet fl-età ta’ 26 sena wara li ġġarraf l-ajruplan li kienet qed tivvjaġġa fuqu.
Dan l-inċident ħasad il-ħajja ta’ erba’ persuni oħra fosthom iz-ziju tal-artista, il-produttur tagħha u żewġ membri tal-ekwipaġġ.
Skattat investigazzjoni sabiex tiġi determinata r-raġuni għala ġġarraf dan l-ajruplan.
Mendonça li hija omm ta’ tifel ta’ sentejn, kienet fi triqitha lejn il-belt ta’ Caratinga fejn kienet mistennija tagħti kunċert.
Ftit sigħat qabel l-inċident l-artista Brażiljana ppubblikat filmat fuq il-midja soċjali fejn kienet qed tipprepara ruħha biex titla’ abbord l-ajruplan li sfortunatament tilfet ħajjitha fuqu.
Hija kienet magħrufa bħala “Queen of Suffering” hekk kif fil-kant tagħha kienet tirrakkonta stejjer ta’ relazzjonijiet romantiċi li fallew u infedeltà.