Il-kantanta ta’ suċċess Katy Perry se tkun qed terħila lejn l-ispazju bħala parti minn titjira għal nisa biss fuq ir-rokit ta’ Blue Origin.
Magħha se jkun hemm Lauren Sanchez, l-għarusa ta’ sid Blue Origin Jeff Bezos, kif ukoll il-preżentattriċi ta’ CBS Gayle King, l-ex xjentista tar-rokits man-NASA Aisha Bowe, l-attivistà għad-drittijiet ċivili Amanda Nguyen u l-produttriċi tal-films Kerianne Flynn.
Blue Origin qalu li din se tkun l-ewwel missjoni fl-ispazju b’nisa biss minn mindu kienet telgħet waħidha Valentina Tereshkova tal-Unjoni Sovjetika fl-1963.
Għalkemm s’issa għadha ma tħabbret l-ebda data speċifika għal din il-missjoni, Blue Origin qalu li se tkun qed issir fir-rebbiegħa.
Katy Perry għandha skedat il-Lifetime Tour mit-23 t’April sal-11 ta’ Novembru, għalhekk huwa mistenni li se jitilgħu fl-ispazju qabel din id-data