“Ġejt milqugħ mill-Maltin bħala wieħed tal-familja”. Kliem il-kantant famuż Taljan NEK, li f’kummenti li ta lill-ġurnalisti fuq il-palk tal-MFCC f’Ta’ Qali, ftit ħin qabel l-ispettaklu lil eluf li mistennija jattendu għat-tieni edizzjoni tal-Vernal Festival fil-jum tal-Ġimgħa.
Fil-kummenti tiegħu, NEK, li hu popolari, fost l-oħrajn, għall-kanzunetta ‘Laura Non C’è’, qalilna hekk.
Qabel il-kantant Taljan, il-band lokali Red Electric mistennija żżid fl-ispettaklu.
Dan filwaqt li, fit-tieni jum tal-festival, is-Sibt filgħaxija, fuq l-istess palk tal-MFCC mistenni spettaklu ieħor mill-grupp rinomat Ingliż UB40, li kiseb fama dinjija fis-snin tmenin u disgħin, b’kanzunetti bħal ‘Red Red Wine’ u ‘Can’t Help Falling In Love’, fost ħafna oħrajn.
Magħhom tallegra s-serata wkoll il-Maltija Emma Muscat.
Sadanittant, il-Ġimgħa waranofsinhar, iċ-Chairperson tal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu, Charles Mangion, żar l-aħħar tħejjijiet għal dan il-kunċert fejn ma’ ONE News tkellem dwar l-importanza li jittellgħu avvenimenti bħal dawn anke fix-xhur xitwin.
“Dawn l-events ċertament meta jsiru għandhom żewġ funzjonijiet. Isiru fil-low u shoulder months, ovvjament ikun hemm fix-xhur tas-sajf fl-aqwa tagħhom, għax l-ewwel ħaġa tattira aktar turisti, imma toħloq opportunità li f’pajjiżna anke t-turist li meta jiġi hawnhekk ħa jgawdi mhux biss l-istorja u l-ospitalità, imma wkoll events fejn jista’ jiddeverti u jieħu gost.”
Iċ-Chairman tal-MTA, Charles Mangion