Il-kantant R Kelly qed jiġi akkużat b’abbuż sesswali ta’ 9 titfal.
Robert Sylvester Kelly, ilu bosta deċennji jiġi akkużat b’abbuż sesswali ta’ nisa u żagħżagħ li huma taħt l-età.
S’issa għadu qatt ma ngħata priġunerija u nnega kull akkuża.
L-artist inħariġlu mandat ta’ arrest u l-avukat tiegħu Steve Greenberg qal li l-klijent tiegħu jinsab diżappuntat u jibqa’ jsostni li mhux ħati.
Fost bosta akkużi R Kelly qed jiġi akkużat b’abbuż sesswali mill-eks mara tiegħu wkoll.