Il-kantant Amerikan Prince miet b’overdose tal-pirmli tal-uġigħ fentanyl.
Ir-rapport ħareġ iktar minn xahar wara minn meta l-kantant instab mejjet f’daru, fil-21 t’April.
Bħalissa l-investigaturi qed jinterrogaw tabib li eżamina lil Prince darbtejn fil-ġimgħat qabel miet.Il-pirmli tal-uġigħ, li wasslu għall-mewt ta’ Prince, kienu mogħtija lilu fl-għoxrin t’April minn tabib, ċertu Michael Schulenberg. Skont ir-rapport tal-awtopsja, il-fentanyl hija droga qawwija ferm iżjed mill-eroina.