Il-kantant internazzjonali Justin Timberlake ġie arrestat fi New York talli saq waqt li kien xurban. Huwa ġie arrestat u tressaq il-Qorti bl-akkużi miġjuba kontrih.
Meta kkuntatjati mis-sit internazzjonali BBC, l-avukat ta’ Timberlake rriffjuta li jagħti kumment.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Il-kantant internazzjonali ta’ 43 sena, fil-passat kien tkellem li kien qed ifittex l-għajnuna minħabba xorb eċċessiv.
Rapporti fil-midja internazzjonali qalu li fl-istat ta’ New York, il-pieni għal dak li hu akkużat bih Timberlake jistgħu jitilgħu sa sena ħabs.
Kitba ta’ Dasier D’Amato