Il-kantant Glen Vella llum ta d-demm għall-ewwel darba.
Dan seta’ jseħħ hekk kif fl-ewwel ġurnata tal-Pride Week f’Malta, tħabbar li persuni li ma kinux jitħallew jagħtu d-demm issa jistgħu jagħmlu dan mingħajr ebda diskriminazzjoni. Kien l-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne u s-Segretarju Parlamentari Rebecca Buttigieg li ħabbru dan waqt konferenza tal-aħbarijiet fit-2 ta’ Settembru fiċ-Ċentru tal-Għoti tad-Demm f’Gwardamanġa li kienu tneħħew ir-restrizzjonijiet biex irġiel omosesswali jkunu jistgħu jibdew jagħtu d-demm.
Dan ħabbru Glenn stess f’post fuq Facebook fejn qal “Sa fl-aħħar għamiltha. Ugwaljanza għal kulħadd,”