Il-Kantant Amerikan Bruce Springsteen biegħ id-drittijiet mużikali tiegħu lill-kumpanija Sony għas-somma ta’ kważi erba mitt miljun ewro.
B’dan il-ftehim, Sony għandhom id-drittijiet esklussivi fuq l-għoxrin album mużikali ta’ Springsteen, fosthom il-kanżunetti ‘The River’ u ‘Born in the USA’.
Il-Kantant Amerikan, li matul il-karriera kolla tiegħu ħadem ma’ Sony Columbia Recors, rebaħ għoxrin grammy award.
Dan il-ftehim ta’ Springsteen, isegwi ftehimiet kummerċjali simili, hekk kif f’Ottubru li għadha l-kantanta Tina Turner biegħet id-drittijiet tal-mużika tagħha lill-grupp Ġermaniż BMG.