Il-Parlament Tajlandiż approva l-użu tal-kannabis għal skop mediċinali, f’pass li qed ikun deskritt bħala “rigal għas-sena l-ġdida” lit-Tajlandiżi. L-użu tal-kannabis għal skop rikreattiv se jibqa’ illegali.
L-istorja tal-marijuana fit-Tajlandja tmur lura s-snin meta kienet tintuża bħala mediċina tradizzjonali, iżda l-użu tagħha kien ġie pprojbit fl-1930.
Il-pajjiżi fix-Xlokk tal-Asja għandhom fost l-eħrex multi u pieni għall-użu u l-pussess tad-droga, u t-Tajlandja sar l-ewwel pajjiż fir-reġjun li se jaċċetta l-użu tal-kannabis għal skop mediċinali.