It-tliet kandidati għall-kariga ta’ Deputat Mexxej tal-Partit Laburista xeħtu l-vot tagħhom ftit tal-minuti ilu. Il-Ministri Owen Bonnici u Chris Cardona u l-avukat Stefan Zrinzo Azzopardi marru jivvotaw flimkien. Dan wara li lbieraħ ivvota l-Prim Ministru u l-amministrazzjoni tal-Partit Laburista. Il-votazzjoni tintemm fi t-tmienja tal-lejla u wara one.com.mt se jxandar l-għadd u r-riżultat b’mod dirett.