Permezz ta’ messaġġ fuq Facebook Clyde Puli ikkonferma li mhux se jkun qed jikkontesta l-kariga ta’ Viċi Kap tal-Partit.
“Irriflettejt u ddecidejt. Mhux se nitfa n-nomina għal viċi kap tal-partit għaliex fhimt li bhalissa jkun aħjar jekk t-tmexxija tal-PN tkun komposta minn taħlita ta’ dawk li appoġġjaw lill-Kap mill-ewwel u dawk li fil-bidu kellhom għażla oħra iżda xorta lesti jaħdmu mieghu b’lealta. Hekk titlob l-għaqda fil-partit. Grazzi lill-mijiet li fl-aħħar ġimgħat ħeġġewni biex nikkontesta imma dan il-mument jitlob mod iehor. #HaddMhuAkbarMillPartit #Lealta #BetterTogether” kiteb Puli.