Waqt attività li saret ġewwa Ħaż-Żebbug, kien imiss il-kandidat tal-Partit Laburista għal-Elezzjoni tal-Parlament Ewropew, Noel Cassar, biex jagħmel l-intervent tiegħu. Hu tkellem fuq waħda mill-qab ż iet li rridu nagħmlu biex nimxu l’quddiem, dik li nsejħulha l-Inklussivita.
Cassar spjega li meta nitkellmu fuq inklussivita, nkunu qed nitkellmu fuq persuni u aspetti differenti. Beda jitkellem fuq dawk il-persuni li għandhom abiltajiet differenti, fejn spjega li dawn in-nies għandhom talenti li mhux kulħadd għandhu. Illum il-ġurnata dan il-Gvern qiegħed jinforza verament lil kull kumpanija kbira biex tħaddem ammont ta’ nies b’abiltajiet differenti.
Tkellem ukoll fuq l-anzjani tagħna li apparti li żdidielhom il-pensjonijiet wara 25 sena ta’ friża, dan il-Gvern għin biex l-anzjani tagħna jibqgħu jaħdmu fuq xewqa volontarja u saħansitra jibqgħu jgħixu fil-komunita. Apparti min hekk, il-Gvern għaddej bi proġett pilota fi ftit lokalitajiet fejn qed jipprovdi transport b’xejn biex l-anzjani tagħna jkunu jistgħu jagħmlu l-qadjiet tagħhom fl-istess lokalità.
Cassar kompla jispjega li l-inkussivita tapplika wkoll għal dawk il-persuni li jiddeċiedu li jkunu parti mill-komunita Maltija għax ġew jgħixu jew jaħdmu f’Malta. Illum nafu li pajjiżna huwa l-kalamita għall-investiment kemm dak lokali u anke dak barrani u għalhekk qiegħed jiffaċċja sfida ta’ l-inkussivita’. Biss illum -il ġurnata nafu li r-rata tal-qgħad f’Malta hija waħda mill-inqas rata fl-Ewropa, fejn kważi qed ngħixu f’sitwazzjoni ‘Full Employment’.
Allura l-kumpaniji m’għandhomx triq oħra ħlief li jimpjegaw nies barranin, ħafna minnhom ġejjin minn pajjiżi fl-Unjoni Ewropeja. Raġuni oħra għala qed ikun hawn ħaddiema barranin huwa l-fatt li dawn qed jaħdmu xogħolijiet li l-Maltin u l-Għawdxin ma’ jridux jaħdmu fihom. Apparti ħaddiema mill-Unjoni Ewropeja, għandna perċentaġġ ta’ ħaddiema minn barra l-UE u dan itina wkoll diversifikazzjoni ta’ ħiliet.
Huwa mportanti li lil dawn in-nies inġegħluhom iħossuhom inklussivi billi ngħinuhom jissettiljaw malajr. Huwa dan il-prinċipju li jgħin biex pajjiżna jikber eknonomikarment kif ukoll kulturalment wkoll. Jekk f’Malta ma’ jkunx hawn ħaddiema barranin, illum il-ġurnata ma’ jibqax jiġi investiment. Biss huwa tajjeb ukoll li la darba l-ħaddiema barranin jiġu Malta, huwa mportanti li jaddattaw għal-kultura Maltija u jgħinu fl-iżvillup tal-pajjiż.
Il-kandidat għal-Elezzjoni tal-Parlament Ewropew Cassar għalaq l-intervent tiegħu billi qal li jekk nemmnu bi sħiħ li Malta hija f’qalbna, għandna ngħinu fl-iżvilupp ta’ pajjiżna biex ikompli jikber u jisaħħaħ. Hu temm billi ħeġġeġ lin-nies biex joħorgu jivvutaw bi ħġarhom għal-Elezzjonijiet li ġejjin.