Il-Kanċillier tar-Renju Unit, ekwivalenti għall-Ministru tal-Finanzi, Jeremy Hunt, stqarr kif kull ċittadin fir-Renju Unit se jkun qed iħallas aktar taxxi fiż-żmien li ġej.
Dan minħabba l-kriżi ekonomika li r-Renju Unit qiegħed jaffaċċja, fil-fatt l-ekonomija Brittanika ċkienet b’żero punt tnejn fil-mija fit-tielet kwart ta’ din is-sena.
Jekk l-ekonomija tkompli tiċkien tul l-aħħar tliet xhur ta’ din is-sena, ir-Renju Unit uffiċjalment ikun daħal f’riċessjoni.
F’intervista li ta l-Kanċillier qal li hu se jkun qed jitlob is-sagrifiċċji mingħand kulħadd. Huwa żied jgħid iżda li l-aktar milquta se jkunu dawk bl-għola dħul.