Il-Kanċillier tal-Ġermanja Angela Merkel żaret il-kamp ta’ konċentrament ta’ Auschwitz għall-ewwel darba biex ħadet sehem f’ċerimonja flimkien ma’ persuna li kien salvat mit-torturi li kienu jsir f’dan il-kamp. Il-Prim Ministru Pollakk, Mateusz Moraweicki, ukoll kien preżenti.
Din iż-żjara li għamlet Merkel ftit qabel il-75 anniversarju mil-liberazzjoni tal-kamp, hija parti mill-antisemitiżmu li qed turi l-Ġermanja. Waqt iż-żjara, għamlet minuta ta’ silenzju għal dawk kollha esegwiti f’dan il-kamp fiż-żona hekk magħrufa Black Wall.
Ir-reġim Nażista qatel ftit aktar minn miljun persuna, bil-maġġoranza tagħhom ikunu lhud.