Il-Kanċillier Awstrijak Sebastian Kurz ilmenta li Malta qed tieħu ħafna dożi tal-vaċċin biex tlaqqam il-popolazzjoni tagħha.
Kurz ġie kwotat jgħid li sal-aħħar ta’ Ġunju, għal kull ras, Malta se jkollha t-tripplu tad-dożi tal-vaċċin għall-Covid-19, li se tiċievi l-Bulgarija.
Il-Kap tal-Gvern tal-Awstrija qal li ma jidhirx li sar xi ħaġa ħażina minn dawk l-istati li kisbu iżjed dożi, fejn hawn semma lil Malta u lill-Olanda, iżda saħaq li l-awtoritajiet li ħadu ħsieb id-distribuzzjoni tal-vaċċin, jiġu investigati.
Malta hija l-aktar pajjiż fl-Unjoni Ewropea li laqqmet nies tant li 17% tal-popolazzjoni f’pajjiżna ħadet minn tal-inqas l-ewwel doża tal-vaċċin għall-Covid-19.
Fil-fatt din il-ġimgħa pajjiżna qabeż l-għoti tal-mitt elf doża.